Bayern Munich lesti joffru kuntratt fit-tul lill-winger ta’ Liverpool Luis Díaz, li jista’ jtul sal-2029 jew anke sal-2030. Il-plejer internazzjonali Kolombjan jidher li hu miftuħ għall-bidla u jinsab lest jitlaq minn Anfield.
Minkejja dan, Barcelona għadhom ukoll fil-ġirja biex jiffirmawh, għalkemm s’issa ma kien hemm l-ebda żvilupp konkret jew avvanz fid-diskussjonijiet min-naħa tagħhom. Il-futur ta’ Díaz jibqa’ wieħed mill-aktar suġġetti interessanti tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf.