Sunday, December 22, 2024

Bayern Munich champions għat-33 darba

Aqra wkoll

Bayern Munich komplew bid-dominju fil-Ġerman­ja meta rebħu l-kampjonat għall-11-il darba konsekuttiva u għat-33 darba fl-istorja tal-club. 

Fil-veritá huma “serqu” dan ir-rebħ tat-titlu minħabba li Borussia Dortmund kienu fil-quċċata tal-klassifika qabel din l-aħħar ġurnata fejn laqgħu lil Mainz li niżlu għal dan il-konfront mingħajr l-ebda pressjoni hekk kif temmew f’nofs il-klassifika. 

Iżda huma spiċċaw fi draw ta’ 2-2 wara li Mainz fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Andreas Hanche-Ol­sen (15) u Karim Onisiwo (24). Ir-rimonta ta’ Borussia, li fallew penalty minn Sebastien Haller (19), ma kinetx biżżejjed fejn għalihom skorjaw Raphael Guerreiro (69) u Niklas Sule (94). 

Barra minn darhom Ba­yern għelbu lil Cologne 2-1.

Kien Kingsley Coman (8) li fetaħ l-iskor iżda Dejan Ljubicic (81 pen) kiseb id-draw għat-team ospitu. Peró Jamal Musiala (89) skorja l-goal tar-rebħ tat-titlu. 

Ekonomija

Sport