Fit-22 ta’ Mejju li ġej se jitlaqqa’ l-kunsill tal-amministrazzjoni ta’ Bayern Munich sabiex jagħrbel sew l-istaġun kurrenti li jidher li se jispiċċa f’wieħed fallimentari. Fil-fatt, matul dan tmiem il-ġimgħa, it-tim mill-Bavarja nqabeż fil-quċċata tal-klassifika minn Borussia Dortmund wara t-telfa ta’ 3-1 kontra Mainz.
Bosta qed isostnu li d-direttur sportiv Oliver Kahn se jiġi mneħħi mill-kariga bl-istess xorti għandha tmess lil Hasan Salihamidzic. Qed jissemma’ wkoll li l-kowċ Thomas Tuchel jista’ ma jiġix ikkunsidrat jekk it-tim ma jirbaħx il-kampjonat Ġermaniż.