Sunday, October 27, 2024

Bayern Munich f’taħditiet ma’ Serge Gnabry dwar kuntratt ġdid

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Bayern Munich, Oliver Kahn, ikkonferma li l-club jinsab f’taħditiet ma’ Serge Gnabry dwar kuntratt ġdid fl-Allianz Arena.

Il-player ta’ 26 sena għandu jsir free agent fi żmien inqas minn 18-il xahar, u l-pass li jmiss tiegħu fil-karriera huwa mimli inċertezza fost rabtiet ma’ bidla għall- Kampjonat Ewropew ieħor.

Real Madrid, Liverpool u Manchester United kollha ġew marbuta b’interess fi Gnabry, bid-difensur tal-Los Blancos David Alaba jidher li qed jimbotta biex it-team tiegħu jiffirma lill-ex player sieħbu mal-Bavarjani.

L-ex player ta’ Arsenal bħalissa qed jiżen l-għażliet tiegħu, madankollu, b’Kahn jgħid li: “Qegħdin f’taħditiet ma’ Gnabry – aħna nafdawh. Għadu fil-proċess ta ‘riflessjoni.”

Iċ-champions Ġermaniżi huma kunfidenti li jħabbru tiġdid imminenti għal Thomas Muller u Manuel Neuer, filwaqt li l-president Herbert Hainer dan l-aħħar żvela li dalwaqt se jkun qed isir it-tieni round ta’ negozjati ma’ Robert Lewandowski.

Gnabry irreġistra 15-il goal u 10 assists minn 41 partita bil-flokk ta’ Bayern Munich matul dan l-istaġun u rebaħ tliet titli tal-Bundesliga u ċ-Champions League mill-wasla tiegħu mingħand Werder Bremen lura fl-2017.

Sport