Tuesday, December 24, 2024

Bayern Munich għadhom qed jittamaw li jiffirmaw lil Harry Kane

Aqra wkoll

Bayern Munich għadhom qed jittamaw li jiffirmaw lil Harry Kane mingħand Tottenham Hotspur, fis-sajf li ġej.

Iċ-champions Ġermaniżi ilhom involuti f’din is-saga pubblika dwar il-captain tal-Ingilterra mis-sajf li għadda meta l-coach, Julian Nagelsmann, kien ħareġ bl-idea li jixtieq is-servizzi tiegħu. 

Dan wassal għall-rabja kbira mill-coach ta’ Spurs, Antonio Conte, li sejjaħ l-insegwiment tal-Bavarjani bħala ‘dirispett’. 

Filwaqt li rapporti fil-midja Ġermaniża ddikjaraw li Bayern ħassew li t-tamiet tagħhom li jiffirmaw lil Kane kienu qed jonqsu, Bayern għadhom qed jinsistu li l-attakkant Ingliż ta’ 29 sena għadu wieħed mill-miri ewlenin tat-trasferiment tagħhom.

Il-kuntratt ta’ Kane ma’ Tottenham jintemm fis-sajf tal-2024. Iżda bħalissa għaddejjin negozjati biex jiġġedded il-kuntratt tiegħu iżda l-fatt li huwa għadu ma rebaħ l-ebda unur, jiffrustrah immens u ma tkunx sorpriża li fis-sajf li ġej jingħaqad ma’ xi team li jkun qed jisfida għall-unuri. 

Bayern jirrikonoxxu li huwa diffiċli biex jiġi ffirmat Kane iżda se jagħmlu dak kollu fil-poter tagħhom biex fis-sajf jattirawh lejn l-Allianz Arena. 

Huma konxji wkoll li prezz ta’ Kane ikunu  bejn is-€60 miljun u s-€70 miljun.  

Club ieħor li qed isegwi lil Kane huwa dak ta’ Manchester United. 

Ekonomija

Sport