Bayern Munich qed jaħsbu sabiex iġibu plejer ieħor li jista’ jieħu post Thomas Muller li issa m’għadux aktar żgħir hekk kif se jagħlaq 32 sena. Skont diversi ġurnali Ġermaniżi fil-kurituri tal-Allianz Arena qed jissemmew żewġ ismijiet potenzjali li jistgħu jingħaqdu mat-tim mill-Bavarja sa mill-istaġun li ġej u dawn huma Kai Havertz, midfielder offensiv li jilgħab ma’ Chelsea u Mason Mount li inċidentalment jilgħab mal-Blues ukoll.
Il-favorit li jista’ jilbes il-flokk aħmar ta’ Bayern Munich hu Havertz li hu kkunsidrat bħala plejer versatili apparti li l-kowċ il-ġdid Thomas Tuchel jafu sew hekk kif diġa’ kkowċjah.