Bayern Munich ħabbru li l-plejer ta’ nofs il-grawnd tagħhom Jamal Musiala se jġedded il-kuntratt sat-30 ta’ Ġunju 2030. Dan il-plejer ilu ħames snin u nofs fl-Allianz Arena iżda ssoprenda lil kulħadd bil-ħeffa tiegħu f’nofs il-grawnd. Hu ngħaqad ma’ Bayern Munich mingħand Chelsea fejn kien għadu jilgħab mat-tim taż-żgħażagħ.
Il-kowċ Vincent Kompany kellu kliem ta’ tifħir għal dan il-plejer ta’ 21 sena u qal li l-klabb tiegħu għamel l-aqwa ħaġa possibbli bit-tiġdid ta’ dan il-ftehim.