Hu kważi ċert li Chelsea se jkunu qed ineħħu lill-plejer Marokkin Hakim Ziyech. Wara li ma rnexxielux iwettaq it-trasferiment tiegħu ma’ Paris St Germain minħabba problema bid-dokumenti tiegħu, Ziyech jidher piż finanzjarju żejjed f’Londra u għalhekk lesti sabiex ineħħuh.
Sadanittant Bayern Munich huma interessati f’dan il-plejer li tant mar tajjeb waqt it-tazza tad-dinja li saret f’Novembru u Diċembru fil-Qatar.