Tuesday, September 24, 2024

Bayern Munich isellmu lil Franck Ribery

Aqra wkoll

Bayern Munich sellmu lill-eks attakkant tagħhom Franck Ribery li lbieraħ ħabbar li se jkun qed idendel iż-żarbun tal-futbol darba għal dejjem.

It-tim mill-Bavarja rringrazzja lill-plejer ta’ 39 sena li lagħab fl-Allianz Arena bejn l-2007 u l-2019 qabel ma’ ngħaqad mal-aħħar tim tiegħu Salernitana.

Fuq is-sit soċjali tagħhom fuq Twitter, Bayern Munich ġabu s-86 gowl li skorja u sejħulu bħala wieħed mill-plejers li se jitniżżel b’ittri tad-deheb fil-mużew ta’ Munich.

Sport