Bayern Munich għamlu l-ewwel offerta tagħhom għall-midfielder ta’ Ajax, Ryan Gravenberch.
Il-ftehim attwali taż-żagħżugħ ta’ 19-il sena mat-team immexxi minn Erik ten Hag għandu jiskadi fis-sajf tal-2023, u dan l-aħħar insista li mhux se jħalli lill-ġganti tal-Eredivisie bi free transfer.
Minħabba f’hekk, Ajax jistgħu jiġu taħt pressjoni biex jiġbru ħlas għal Gravenberch dan is-sajf, b’Bayern, Manchester United, Barcelona u Real Madrid kollha marbuta b’offerta għalih.
Issa, huwa mifhum li Bayern kellhom taħditiet mal-aġent taż-żagħżugħ Mino Raiola dwar termini personali u għamlu offerta inizjali għalih ta’ €25m.
Ajax iżda jixtiequ ħlas ogħla u donnhom se jirrifjutaw l-ewwel offerta ta’ Bayern, iżda d-diskussjonijiet se jkomplu fil-jiem li ġejjin.
Gravenberch skorja 11-il goal u pprovda 13-il assist fi 98 dehra għal Ajax minn mindu tela’ fil-gradi taż-żgħażagħ tagħhom.