Friday, October 4, 2024

Bayern Munich jagħtu l-ewwel kuntratt professjonali lil Tarek Buchmann

Aqra wkoll

Bayern Munich taw l-ewwel kuntratt professjonali lid-difensur ċentrali Tarek Buchmann. Dan tal-aħħar għad għandu biss 18-il sena u spikka ferm fil-kampjonat taż-żgħażagħ Ġermaniż.

Anke l-kowċ tat-tim mill-Bavarja Thomas Tuchel kien qed isegwih mill-qrib u informa lid-diriġenti tiegħu sabiex jagħmlulu kuntratt professjonali.

Fil-fatt Buchmann iffirma sas-sena 2026 biċ-ċans li fl-istaġun li ġej ikollu wkoll xi dehriet mat-tim tal-kbar.

Sport