Friday, December 20, 2024

Bayern Munich jemmnu li jistgħu jissodisfaw it-talbiet ta’ Antonio Rudiger

Aqra wkoll

Bayern Munich jemmnu li jissodisfaw it-talbiet finanzjarji tad-difensur ta’ Chelsea, Antonio Rudiger.

L-internazzjonali Ġermaniż issa fadallu inqas minn ħames xhur fil-kuntratt tiegħu, u b’hekk dan iħalli lil Chelsea bla setgħa li jipprevjenu clubs oħra milli jżommu diskussjonijiet ma’ wieħed mill-players ewlenin tagħhom.

Il-Blues huma lesti li joffru lil Rudiger qrib il-£200,000 fil-ġimgħa sabiex huwa jibqa’ fi Stamford Bridge, proposta li x’aktarx tiġi kkunsidrata mill-player ta’ 28 sena.

Madankollu, huwa mifhum li Bayern Munich huma kunfidenti li jassiguraw is-servizzi ta’ Rudiger mingħand Chelsea.

Il-leaders tal-Bundesliga jinsabu fis-suq għal sostitut għal Niklas Sule, li għażel li jingħaqad ma’ Borussia Dortmund bi free transfer.

Filwaqt li l-paga ta’ Sule m’hija xejn meta mqabbla ma’ dak li qed jitlob Rudiger qabel l-istaġun li ġej, Bayern x’aktarx jippreferu li jiffirmaw free agent minħabba l-livell ta’ player li bħalissa jinsab fis-suq tat-trasferimenti.

Ekonomija

Sport