Bayern Munich resqu pass eqreb lejn il-11-il titlu konsekuttiv tal-Bundesliga meta għelbu lil Schalke 6-0 fl-Allianz Arena, iżda Borussia Dortmund għelbu lil Borussia Monchengladbach 5-2 biex iżommu l-pressjoni fuq il-leaders.
Thomas Muller (21) fetaħ l-iskor qabel ma Joshua Kimmich (29 pen) irdoppja l-vantaġġ. Serge Gnabry (50, 65) skorja darbtejn fi kwarta wara l-mistrieħ, filwaqt li Mathys Tel (80) u Noussair Mazraoui (90) issiġillaw ir-rebħa.
Dortmund fetħu vantaġġta’ 4-0 b’goals minn Donyell Malen (5), Jude Bellingham (18 pen) u Sebastien Haller (20, 32) iżda Moenchengladbach naqqsu l-iskor darbtejn minn Ramy Bensebaini (75 pen) u Lars Stindl (85), iżda Giovanni Reyna (90) skorja l-ħames ta’ Dortmund.