Sar magħruf li ċ-champions Ġermaniżi Bayern Munich m’għandhomx intenzjoni li jfittxu sostitut għall-gowlkeeper veteran Manuel Neuer li llum jgħodd is-36 sena.
Id-diriġenza mill-Bavarja se tkun qed tagħti fiduċja f’Neuer minkejja l-eta’ avvanzata għax skont l-istess diriġenti hu joffri garanzija bejn il-lasti.
Sadanittant il-goalkeeper Alexander Nubel li hu proprjeta’ ta’ Bayern Munich iżda misluf lil AS Monaco, se jibqa’ jilgħab fil-Ligue 1 Franċiża anke għall-istaġun li ġej sabiex Neuer għandu garanzija li se jkun bħala goalkeeper titolari.
Neuer ilu ma’ Bayern Munich sa mis-sena 2011 fejn lagħab 321 partita.