Bayern Munich iffirmaw lid-difensur tal-Portugall Joao Cancelo b’self sa tmiem l-istaġun mingħand Manchester City.
Fi tmiem l-istaġun, Bayern għandhom għażla li jixtru lid-difensur Portugiż għal €70 miljun. Cancelo, li skorja seba’ darbiet f’41 dehra mal-Portugall, wasal Munich nhar it-Tnejn u sarlu l-eżami mediku b’suċċess nhar it-Tlieta liema miġja tista’ tfisser it-tmiem tal-Franċiż, Benjamin Pavard, ma’ Bayern.
Id-difensur Portugiż ta’ 28 sena ingħaqad mas-City mingħand Juventus għal €65 miljun fl-2019 u għandu kuntratt maċ-champions Ingliżi sal-2027.