Il-Kap Eżekuttiv ta’ Bayern Munich, Oliver Kahn, ta x’jifhem li t-team tiegħu jista’ jipprova jagħmel offerta għall-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, Harry Kane, fil-futur.
Il-player ta’ 28 sena kien marbut b’mod qawwi ma’ tluq minn ma’ Spurs fis-sajf li għadda u spiċċa staġun ieħor mingħajr ma rebaħ unur maġġuri fl-istaġun 2021-22.
Madankollu, il-wasla ta’ Antonio Conte rat lil Tottenham jaqbżu lil Arsenal fir-raba’ post fil-Premier League, u issa qed jingħad li Kane huwa tabilħaqq lest li jibqa’ mal-club.