Ħafna partitarji ta’ Bayern Munich qed jistaqsu jekk kinitx xi ħaġa tajba li l-ogħla awtoritajiet tal-klabb keċċew lil Julian Nagelsmann minn coach sabiex ħatru lil Thomas Tuchel fil-kariga. Dan tal-aħħar kellu magħmudija tan-nar mat-tim minn Munich hekk kif fi ftit ġranet tilef jew se jitlef żewġ objettivi staġjonali.
Fil-fatt wara li Bayern Munich inqalgħu mit-tazza Ġermaniża minn Freiburg, issa kien imiss il-kompetizzjoni tant prestiġġjuża tal-UEFA Champions League hekk kif tilfu bi skor kbir ta’ 3-0 kontra Manchester City u jinsabu kważi barra minn din il-kompetizzjoni.
Bayern Munich kienu ġejjin minn tmien rebħiet konsekuttivi filwaqt li kienu ilhom ma jitilfu b’dan l-iskor f’kompetizzjoni Ewropea sa mill-2017 meta bħala kowċ kellhom lil Carlo Ancelotti.