Bayern Munich huma ppreparati li jbiegħu lil Robert Lewandowski biex jgħinhom jiffinanzjaw trasferiment għall-istilla ta’ Borussia Dortmund, Erling Braut Haaland fis-sajf li ġej.
Lewandowski, li fadallu ftit iktar minn 18-il xahar fil-kuntratt kurrenti tiegħu fl-Allianz Arena, qed igawdi minn staġun ieħor mill-aqwa fl-attakk, fejn sab ix-xibka xibka 29 darba f’24 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Minkejja r-rapporti preċedenti li ssuġġerew li Lewandowski jkun lest li jmur jilgħab fil-Premier League, l-attakkant ta’ 33 sena qed jittama li jiffirma kuntratt ġdid biex jibqa’ maċ-champions tal-Bundesliga.
Madankollu, Bayern huma inċerti li joffru lil Lewandowski ftehim ġdid u jekk jonqsu milli jissodisfaw it-talbiet tal-player, allura dawn se jfittxu li jaqilgħu flus kontanti mill-bejgħ tal-attakkant fis-sajf li ġej u jimmiraw għal Haaland bħala s-sostitut tiegħu.
Bayern ikunu lesti li jbiegħu lill-internazzjonali Pollakk għal €60m fl-2022, u jemmnu li dan ikun prezz ġust għal wieħed mill-aqwa attakkanti tad-dinja fl-istadju tal-aħħar tal-karriera tiegħu.
Lewandowski huwa mifhum li informa lill-aġent tiegħu Pini Zahavi li l-ġganti Spanjoli Real Madrid ikunu d-destinazzjoni preferuta jekk iħalli l-Allianz Arena.
Bayern x’aktarx se jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Manchester City, Manchester United, Barcelona u Real Madrid rigward Haaland, li se jara l-klawsola ta’ release tiegħu ta’ £64m issir attiva fis-sajf li ġej.