Bayern Munich qed jitħajru jiksbu s-servizzi tal-midfielder difensiv Martin Zubimendi. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u bħalissa qed jilgħab ma’ Real Sociedad fi Spanja.
B’kollox hu lagħab 141 logħba kemm ilu magħhom sa mis-sena 2019 u skorja seba’ gowls.
Id-diriġenti ta’ Bayern Munich jogħġobhom ferm l-istil difensiv ta’ Zubimendi u jixtiquh parti mill-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej.
Zubimendi jidher favorevoli li jmur jilgħab fil-Bavarja anke għax jixtieq jesperjenza kampjonat differenti bħalma hu l-Bundesliga.