Il-kowċ ta’ Bayern Munich Thomas Tuchel għandu bżonn plejer f’nofs il-grawnd u ħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għall-midfielder ta’ Fulham Joao Palhinha. Dan hu plejer Portugiż li dan l-aħħar kien qed jiġi segwit ukoll minn żewġ timijiet Ingliżi iġifieri West Ham United u Arsenal.
Minkejja kollox, Palhinha hu favorit li jmur jilgħab fl-Allianz Arena u fl-aħħar sigħat id-diskussjonijiet bejn Bayern Munich u Fulham intensifikaw.