Bayern Munich huma ferm viċin li jġeddu l-kuntratt tal-goalkeeper veteran tagħhom Manuel Neuer. Dan tal-aħħar għandu 38 sena u ngħaqad mat-tim mill-Bavarja fis-sena 2011 mingħand Schalke 04. Hu lagħab aktar minn 365 logħba mat-tim mill-Allianz Arena u din iċ-ċifra mistennija tikber hekk kif il-firma tat-tiġdid fil-kuntratt hi waħda naturali u mingħajr l-ebda problemi.
Id-diriġenti ta’ Bayern Munich faħħru l-attitudni professjonali ta’ Neuer u mistennija jkomplu jżidulu l-kuntratt tiegħu.