Bayern Munich jinsabu f’taħditiet avvanzati sabiex iġeddu l-kuntratt tad-difensur tagħhom Dayot Upamecano. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u ilu mat-tim minn Bavarja sa mis-sena 2021 fejn skorja erba’ gowls f’101 dehra.
Upamecano jidher li hu plejer essenzjali għall-kowċ ta’ Bayern Munich Vincent Kompany u hu għalhekk li jixtiequ jġeddulu l-ftehim tiegħu.
Upamecano hu membru regolari fit-tim nazzjonali Franċiż.