Bayern Munich qed iħarsu b’interess li jakkwistaw is-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Manchester City, Ilkay Gundogan. Dan tal-aħħar għandu 32 sena u ilu ma’ The Citizens sa mis-sena 2016 fejn skorja 38 gowl f’166 partita.
Ix-xnigħat ilhom jippersistu li l-internazzjonali Ġermaniż se jitlaq mill-Etihad Stadium bil-kuntratt tiegħu li jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Possibilment dan jista’ jkun il-ħames klabb ta’ Gundogan wara l-esperjenzi li kellu ma’ Bochum, Nurnberg u Borussia Dortmund.