Bil-leaders Bayern Munich u t-team ta’ warajhom Borussia Dortmund it-tnejn jirbħu fi tmiem il-ġimgħa t-taqtiegħa għar-rebħ tal-Bundesliga hija waħda intensa.
Bayern għelbu lil Werder Bremen 2-1 barra minn darhom b’goals minn Serge Gnabry (62) u Leroy Sane (72) waqt li Niklas Schmidt (87) wieġeb għat-telliefa.
Jude Bellingham (54, 86) skorja darbtejn għal Dortmund meta għelbu lil Wolfsburg 6-0 biex kollox baqa’ l-istess fil-quċċata b’Bayern jibqgħu jgawdu punt vantaġġ.
Karim Adeyemi (14,59) skorja darbtejn ukoll kif ukoll falla penalty fil-65 minuta għat-team ta’ Edin Terzic bil-goals l-oħra jiġu minn Sebastien Haller (28) u Donyell Malen (37).