Saturday, July 19, 2025

“BBQs illegali u kamping bla permess… l-abbużi żdiedu”- is-Sindku Gabriel Micallef  

Aqra wkoll

“BBQs illegali. Kamping bla permess. Ħruq f’nofs l-imsaġar. L-Aħrax, l-Miżieb u l-Għadira qed jiġu abbużati u ilna nitkellmu fuq dan kollu snin.X’inbidel? L-abbużi żdiedu. L-infurzar naqas”. Dan kien il-messaġġ li wasal is-Sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali.

Micallef qal li issa li l-Gvern qed jinvesti fl-afforestazzjoni, bi proġett estensiv, riċerkat u interessanti, wasal iż-żmien li jżid il-protezzjoni vera, rangers fuq il-post, edukazzjoni fil-prattika u infurzar fl-immedjat. Qal ukoll li dan għax  siġra meqruda ma terġax tikber minn appelli fuq Facebook.

Huwa rringrazzja lil Malta Rangers Unit – VO li b’għodda limitata qed jagħmlu xogħol li suppost jifforma parti mill-istat.  Tenna li f’dan l-istadju ser jibqgħu jaħdmu mal-għaqdiet u entitajiet konċernati biex titjieb is-sitwazzjoni ta’ sorveljanza.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport