It-Tabib Jonathan Joslin qiegħed jappella lill-pubbliku biex jieħu b’tagħlima filmat li qiegħed jinxtered fuq il-midja li juri inċident tat-traffiku li seħħ ftit tal-jiem ilu.
Fil-filmat jidhru grupp ta’ persuni li nġabru biex jaqilbu karozza li spiċċat fuq il-ġenb. It-tabib qal li dan jista’ jkun riskju kbir b’mod speċjali meta fl-istess karozza jista’ jkun għad hemm persuni maqbudin. Huwa sostna li f’sitwazzjonijiet bħal din ikun hemm bżonn li jsir assessjar profond minn professjonisti mal-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni li jippreparaw pjan ta’ estradizzjoni skont l-urġenza tas-sitwazzjoni.
Huwa jinnota wkoll li kien hemm perikli oħrajn li ġew injorati fosthom wajers tad-dawl. Huwa sostna li f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza trid taħseb dwar is-sigurtà qabel taġixxi.
Huwa ma naqasx milli jiġbed l-attenzjoni tas-sewwieqa tal-escooters li qegħdin isuqu bil-lejl minn qalb it-traffiku u saħansitra mingħajr ilbies protettiv. “B’dawn it-tip ta’ nies id-Dipartiment tal-Emerġenza qatt mhu se jkun kwiet”, temm jgħid it-Tabib.