Tuesday, January 6, 2026

‘B’determinazzjoni u konsistenza tasal dejjem’ – Steven Dalli

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Kien fi żmien il-pandemija tal-Covid-19 u kienet kważi se taqbadni dipressjoni bis-sitwazzjoni ta’ dakinhar. Iltqajt ma’ Ivan Gauci b’ċikka waqt il-ġbid ta’ Gladiator Trail (kompetizzjoni televiżiva tal-OCR). Kif rajt in-nies jittrenjaw iġġennint u tħajjart nibda xi ħaġa. Għalkemm kelli bażi żgħira, għall-bidu ma kinitx faċli imma Ivan ħa l-paċenzja kollha jiggwidani u jmexxini fi ħdan Obstacles Course Academy (OCA); u llum mingħajr l-atletika ma ngħixx u hija parti sostanzjali minn ħajti. 

X’suċċessi maġġuri rnexxielek tikseb sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?

Ksibt ħin ta’ 1:30mins fil-Malta Half Marathon u qed niġri 5k taħt l-20 mnuta. Ikklassifikajt mal-ewwel 20 atleta fill-Malta Marathon League tal-2023/24.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

Il-livell tal-atletika f’pajjiżna huwa għoli ħafna u dan wieħed jista’ jarah mir-riżultati li nkisbu. Speċjalment fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u issa anki mit-tim nazzjonali tal-OCR (speċjament taż-żgħar). 

U dak tar riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Nixtieq li meta jkun hemm tellieqa il-karozza jkollhom iktar ripsett lejn l-atleti, u għalkemm naf li. mhux faċli, naslu f’punt fejn ma jkollniex il-karozzi magħna waqt tellieqa, billi jkun hemm devjazzjoni tat-traffiku iktar effiċċjenti.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?

Din is-sena bdejtha ftit ħażin minħabba li ksirt saqajja. Peró, issa li qed nerġa’ niġi fejn kont, nixtieq niġri 10k taħt l-40 minuta u l-Half Marathon taħt is-siegħa u nofs.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.

L-isport huwa mod kif wieħed iżomm mentalment san u ovvjament anke fiżikament. Fi żmien fejn il-ħajja hija mgħaġġla u ħadd m’għandu ċans għalih innifsu, l-atletika tista’ tgħinek issib lilek innifsek u ttik boost kbir mentalment. Sib grupp, ixtri żarbun u ibda! Il-ħin jitfaċċa dejjem serraħ moħħok. Ladarba tibda, din issir pari minnek u addictive b’mod tajjeb. B’determinazzjoni u konsistenza tasal dejjem!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport