Sunday, December 29, 2024

Bdiet il-maratona b’risq Puttinu Cares

Aqra wkoll

Bħal kull sena llum fil-Ġimgħa l-Kbira, bdiet il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu Cares, li l-għan tagħha huwa sabiex il-pazjenti jkomplu jingħataw l-għajnuna meħtieġa.

Huwa kkalkulat li kull xahar, ikun hemm madwar 80 pazjent li jitla’ l-Ingilterra għall-kura. Puttinu Cares għandu 20 appartament ġewwa Sutton li jintużaw bla ħlas mill-pazjenti. Dan kollu ma kienx kun possibli mingħajr id-donazzjoni tal-pubbliku.

Għin lil Puttinu Cares f’din il-maratona fil-Ġimgha l-Kbira sabiex flimkien jitlesta l-proġett il-ġdid ġewwa ċ-Ċentru, fejn se jkun hemm mas-27 appartament ġdid għal iktar familji fil-bżonn.

Il-maratona ta’ Puttinu se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha. Din bdiet mid-9.15am dalgħodu u mistennija tintemm f’nofsillejl.

Ekonomija

Sport