Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo ippreżenta fil-Parlament dak li huwa irrefera għalih bħala dokument imressaq mill-bdiewa tal-Magħtab b’siti alternattivi fejn jista’ jsir il-proġett tal-Gvern.
Huwa kien qed jirreferi għall-kwistjoni fejn minħabba li hemm bżonn ta’ art biex tiġi estiża l-miżbla tal-Magħtab medda ta’ art se tittieħed għal dan l-iskop.
Il-pjan oriġinali kien li l-proġett isir fuq 297,000 metru kwadru ta’ art imma wara reviżjoni tal-pjan il-medda ta’ art tnaqqset b’70% biex issa se jsir fuq 82,000 metru kwadru ta’ art.