Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru Dr Jonathan Attard u l-Ministru Dr Michael Falzon nedew l-ewwel fażi tar-riforma tal-Qorti tal-Familja bi prinċipji importanti favur l-aħjar interess tat-tfal, ġustizzja ċċentrata fuq in-nies u effiċjenza u kwalità fis-sistema ġudizzjarja.
F’kumment li ta lil dan is-sit, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon stqarr li b’din ir-riforma se nkunu aktar għajnejna miftuħa lejn manipulazzjoni intenzjonata, filwaqt li nipprovdu avukat tat-tfal anke waqt il-proċess ta’ medjazzjoni, u nagħtu ħin stipulat għal dawk li huma proċessi u medjazzjoni legali.

