Tuesday, June 17, 2025

Beach Soccer: Hamrun SC b’punti massimi

Aqra wkoll

Ħamrun SC jinsabu waħidhom fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Beach Soccer wara li rebħu żewġ konfronti diretti.

Fil-fatt, it-tim immexxi minn Joel Winters għelbu lil Sliema Beach Soccer 6-3 bil-gowls tagħhom li ġew skorjati minn doppjetta ta’ Nezar Abouaisha u gowls oħrajn ta’ Lee Joe Schembri, Faisal Alnakua, Antonello Demanuele u Chris Baker.

Nigel Spiteri skorja doppjetta filwaqt li Brandon Bray żied ieħor għas-Slimiżi.

Fit-tieni logħba huma ltaqgħu kontra l-finalisti tas-sena l-oħra La Playa de Arena u rebħulhom 6-4.

Chris Baker u Nezar Abouaisha kienu l-eroj għall-Ħamruniżi hekk kif skorjaw doppjetta filwaqt li Faisal Alnakua u Kyle Bartolo żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Il-goalkeeper ta’ La Playa de Arena Jonathan Grech skorja doppjetta filwaqt li Ryan Dalli u Sheldon Mizzi wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

B’hekk Ħamrun rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu u issa jidħlu għat-tieni round bit-tama li jżommu l-unur li rebħu fl-istaġun li għadda.

Ħamrun SC Lead National Beach Soccer Champ

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport