Ħamrun SC temmew it-tieni round tal-kampjonat nazzjonali tal-Beach Soccer fl-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil La Playa de Arena 7-3.
Kienet logħba ferm intensiva speċjalment fl-ewwel taqsima hekk kif ġew skorjati l-akbar ammont ta’ gowls. Fit-tieni u fit-tielet taqsima, il-Ħamruniżi ikkontrollaw il-logħba u spiċċaw rebħu din il-logħba.
Lee Joe Schembri u Joshua Olejabi skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Nezar Abouaisha, Kyle Bartolo u Faisal Alnakou komplew iżidu l-iskor għal Ħamrun.
Karl Caruana skorja doppjetta għal La Playa de Arena b’Daryl Micallef li żied ieħor.
Referees kienu Stefania Bonnici u Andrea Naudi.
Sliema Beach Soccer għelbu lil WA Agency 4-2.
Is-Slimiżi bdew l-ewwel taqsima fuq nota xejn pożittiva meta kienu qed jitilfu 2-0 għalkemm fit-tieni u t-tielet sessjoni, huma kienu kapaċi jdawru l-iskor favurihom.
L-eroj ta’ Sliema kien Matthew Agius li skorja tripletta b’Desire Koibe li żied ieħor. Mario Dominicus u Dylan Musu kienu poġġew momentarjament lil WA Agency fil-vantaġġ.
Sadanittant fis-semifinali tal-play-offs, Ħamrun jilagħbu kontra WA Agency filwaqt li Sliema għandhom impenn diffiċli kontra La Playa de Arena.