Monday, June 9, 2025

Beach Soccer: Ħamrun SC jitilfu t-tieni logħba fil-Euro Winners Cup 2025

Aqra wkoll

Ħamrun SC tilfu t-tieni logħba tagħhom fil-Euro Winners Cup 2025 f’Nazare hekk kif ġew megħluba 7-3 minn Copenhagen BSC.

Ħamrun bdew bl-aqwa mod possibbli hekk kif wara biss żewġ sekondi marru minn fuq permezz ta’ Juanito għalkemm ftit minuti wara Wegeberg ġab l-iskor indaqs għal Copenhagen.

Fit-tieni taqsima, il-Ħamruniżi reġgħu marru minn fuq permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ JP Zammit għalkemm Cristian b’rovexxjata sabiħa skorja l-gowl tad-draw.

Il-logħba baqgħet tkun sabiħa b’Copenhagen li jmorru għall-ewwel darba minn fuq minn Frandsen iżda JP Zammit reġa’ ġab id-draw għall-Ħamruniżi.

Kien hawn li l-għejja bdiet tinħass u wara li ftit qabel tmiem it-tieni taqsima, il-goalkeeper Valdemar għamilhom 4-3, waslu tliet gowls oħra fit-tielet perjodu minn Vegeberg, Rius u Stubgaard.

Ħamrun jilagħbu t-tielet partita tagħhom kontra TSOR tal-Belarus.

Copenhagen BSC

1 – Rius, 2 – Frandsen, 6 – Wegeberg, 7 – Dorph, 10 – Panades

8 – Cristian, 11 – Stubgaard, 14 – Schaffer, 15 – Lucht, 16 – Valdemar

Coach:- Terence Dean Bowes

Ħamrun SC

1 – Caruana, 5 – Bartolo, 7 – Baker, 8 – Juanito, 10 – Demanuele

3 – Zammit, 9 – Hakiti, 11 – Alnakua, 12 – Caruana R., 13 – Schembri, 50 – Abuaisha

Coach: Joel Winters
Referees – Sergio Moreno (SUI), Dario Minder (SUI), Francisco Costa (POR), Wilson Castanheira Soares (POR)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport