St George’s ingħaqdu ma’ Parr Mela, Swieqi United u Zero Sei sabiex għaddew għas-semifinali tal-kampjonat nazzjonali femminili tal-Beach Soccer wara li spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika.
Il-Bormliżi komplew jimpressjonaw wara li għelbu lil Lija Athletics 8-2.
Liliana Coherte skorjat doppjetta għall-Bormliżi li kellhom ukoll lil Shakira Bugeja, Ilenia Navarro, Estephany Colomenarez, Laury Carrasco, Jeanelle Falzon u Alexandra li sabu x-xibka.
Nell Zarb Cousin u Jasmine Vella Turner skorjaw iż-żewġ gowls għal Lija.
Referees kienu Stefania Bonnici u Sara Kankaras.
Zero Sei għelbu lil Parr Mela Rockets Beach Soccer 10-4. Kienet logħba ferm miftuħa b’Zero Sei li approfittaw minn xi żbalji difensivi tal-avversarji tagħhom sabiex rebħu din il-partita.
Rocio Robles kienet l-istilla ta’ Zero Sei hekk kif skorjat ħames gowls filwaqt li Demi Magrin kienet awtriċi ta’ erba’ gowls. Eliza Czik żiedet ieħor għar-rebbieħa.
Għal Parr Mela Edna Vargas skorjat tliet gowls b’Isabel Otero li żiedet ieħor.
Referees kienu Stefania Bonnici u Igor Kankaras.
Sadanittant is-semifinali se jintlagħbu bejn il-25 u s-26 ta’ Ġunju hekk kif Swieqi United jiltaqgħu kontra Parr Mela filwaqt li St George’s jaffrontaw lil Zero Sei.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI FEMMINILI TAL-BEACH SOCCER
Swieqi United 12, St George’s 7, Zero Sei, Parr Mela 3, Lija Athletic 2