Saturday, June 28, 2025

Beach Soccer: Swieqi United u St George’s fil-finali

Aqra wkoll

Swieqi United u St George’s huma l-finalisti tal-kampjonat nazzjonali tal-Beach Soccer tan-nisa.

Swieqi United baqgħu jżommu r-rekord perfett sa mill-bidu ta’ din il-kompetizzjoni wara li rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu. Huma għelbu lil Parr Mela 6-1 f’logħba li huma ddominaw.

Michela Felice skorjat tripletta, Marie Oliveira kienet awtriċi ta’ doppjetta filwaqt li Amy Abdilla żiedet ieħor għat-tim tagħha.

Isabella Otero skorjat l-uniku gowl għal Parr Mela.

Referees kienu Stefania Bonnici u Stephen Vella.

F’logħba ferm bilanċjata u inċerta sal-aħħar, St George’s ħarġu rebbieħa fuq Zero Sei 8-6.

Liliana Coherte skorjat doppjetta filwaqt li Kirsty Paris, Shakira Bugeja, Laury Carrasco, Estephany Colomenarez, Jeanelle Falzon u Audrey Chetcuti għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Zero Sei naqqsu l-marġni tal-iskor b’doppjetti ta’ Rocio Robles, Demi Gauci u Juciela Vale.

Referees kienu Stefania Bonnici u Andrea Naudi.

Il-finali bejn Swieqi United u St George’s se tintlagħab illejla fis-6.30pm fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport