Sunday, June 15, 2025

Beach Soccer tan-Nisa: Swieqi United iżommu l-mument pożittiv tagħhom

Aqra wkoll

Swieqi United baqgħu għaddejjin bil-mument pożittiv tagħhom hekk kif jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika b’punti massimi minn erba’ logħbiet.

Huma kisbu rebħiet kbar ta’ 5-1 kontra Zero Sei u 6-0 kontra Lija Athletic.

Fil-logħba kontra Zero Sei, Swieqi kellhom lil Vanessa Carneiro tiskorja tliet gowls filwaqt li Valentina Cabrales Ojeda u Michela Felice wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers. Zero Sei skorjaw l-uniku gowl minn Rocio Robles.

Min-naħa l-oħra. Fir-rebħa tennistika ta’ 6-0 kontra Lija Athletic, Vanessa Carneiro skorjat doppjetta filwaqt li Oriana Bedingfield, Michela Felice, Amy Abdilla u Mari Oliveira żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

F’logħba ferm eċitanti, St George’s u Parr Mela spiċċaw fi draw ta’ 5-5.

Shakira Bugeja u Liliana Cohete skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Edera Marmara żiedet ieħor.

Parr Mela wieġbu b’erba’ gowls ta’ Edna Vargas u awtogowl.

Hekk kif il-logħba baqgħet fi draw sal-ħin regolamentari, kellhom jingħataw il-penalties bil-Bormliżi li rebħu 4-3.

St George’s baqgħu jżommu l-konsistenza anke fil-logħba kontra Zero Sei li huma rebħu 7-1. Cherise Zammit u Laury Carrasco skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Ilenia Navarro, Estefany Colomenarez u Lilian Coherte ukoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT BEACH SOCCER TAN-NISA

Swieqi United 12, St George’s 4, Parr Mela 3, Lija 2, Zero Sei 0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport