Thursday, April 9, 2026

Beda jiekol biċċiet mill-ħajt u mill-ħrieqi tant kemm kien bil-ġuħ

Koppja akkużata bi qtil ta’ binhom ta’ sentejn

Aqra wkoll

Koppja minn Indiana fl-Istati Uniti ġew akkużati bil-qtil ta’ binhom ta’ sentejn wara li għal jiem sħaħ ħallewħ bil-ġuħ. Minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li t-tifel tant kemm kien bil-ġuħ li beda jiekol biċċiet mill-ħajt u anke mill-ħrieqi maħmuġin tiegħu stess.

Trevor Reichard-Hayes, ta’ 39 sena, u Katherine Carter, ta’ 31 sena ġew arrestati fil-jiem li għaddew hekk kif Erik, it-tifel instab mejjet fir-residenza tagħhom.

Informazzjoni li ħareġ mill-qorti ntqal li l-Pulizija kienu rċivew telefonata li kien hemm tifel li ntilef minn sensieh u kien jinsab fid-dar tal-ġenituri tiegħu.

Minkejja kull tentattiv biex isalvaw lit-tifel, hu ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-każ seħħ f’Guttenberg Lane fl-istat ta’ Indiana

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport