Monday, January 12, 2026

Beda jinstema’ ġuri biex jiġi deċiż jekk Noel Azzopardi kienx fi stat ta’ ġenn meta meta qatel lil Eric Borg

Aqra wkoll

Quddiem l-Imħallef Neville Camilleri beda jinstema’ ġuri biex jiġi deċiż jekk Noel Azzopardi kienx fi stat ta’ ġenn jew le meta qatel liż-żagħżugħ Eric Borg fi Triq il-Fidloqqom fir-Rabat fl-1 ta’ Jannar ta’ sentejn ilu.

Noel Azzopardi jinsab mixli li qatel liż-żagħżugħ, li kellu arma tan-nar u li spara l-arma f’distanza ta’ inqas minn 200 metru minn żona abitata. Azzopardi jinsab mixli wkoll li ma żammx armi u munizzjoni maqfulin f’post sigur f’daru.

Jekk il-ġurati jikkonkludu li Azzopardi ma kienx fi stat ta’ ġenn meta seħħ id-delitt ikun irid isir il-ġuri li fih huwa jiġi akkużat bil-qtil ta’ Borg.

Aktar aġġornamenti mal-ħin …

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport