Saturday, November 23, 2024

Beijing tordna l-għeluq tal-iskejjel hekk kif komplew jiżdiedu l-każijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Belt ta’ Beijing ordna lill-iskejjel primarji u sekondarji biex minn għada jagħlqu u jibdew joffru tagħlim online hekk kif l-awtoritajiet qed jippruvaw jwaqqfu it-tifrix mill-ġdid tal-virus. Dan hekk kif aktar minn 106 persuni oħra spiċċaw infettati.

Din il-kriżi qiegħed tkidd il-kapitali Ċiniża b’numru ta’ fatturi jistgħu jkunu l-kawża ta’ dan. Skont investigazzjonijiet preliminari fost dawn il-fatturi nsibu affarijiet materjali u ambjent ikkontaminat u l-kuntatt waqt il-komunikazzjoni.

27 persuna oħra rriżultaw pożittivi fl-aħħar sigħat u dawn kollha kellhom konnessjonijiet mas-suq ta’ Xinfadi li qed jitqies bħala ta’ deterrent f’din il-fażi ġdida tal-pandemija fil-belt. Riċerkaturi miċ-Ċentru tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard qegħdin jitfgħu l-ħtija fuq is-swieq Ewropej u l-prodotti impurtanti minn dawn il-pajjiżi.

Sport