Thursday, December 26, 2024

Bejn illum u għada Alex mistenni jingħaqad ma’ nanntu wara sitt snin mill-għejbien tiegħu

... Susan Caruana tappella għall-privatezza f'dan il-mument

Aqra wkoll

“Lanqas naf kif nista nesprimi s-serħan il-moħħ u l-ferħ li qiegħda nħoss issa li naf li Alex instab u jinsab tajjeb”. Iddikjarat dan Susan Caruana – in-nanna taż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li nstab wara sitt snin rappurtat nieqes.

Caruana konfermat li kellmet lin-neputi tagħha u qalet li tħossha tassew tajba li semgħet il-vuċi tiegħu wara tant stennija. 

“Ma nistax nistenna sakemm nerġgħu ningħaqdu flimkien”, kompliet Caruana f’intervista filwaqt li żvelat li Alex jista’ jkun qiegħed jirritorna bejn illum u għada. Hawnhekk hija appellat għall-privatezza u qalet li l-familja tixtieq li tkun tista’ tilqa’ lura liż-żagħżugħ bl-aktar mod komdu.

Skont rapporti jidher li Alex tkellem mal-Pulizija Franċiża u qal li flimkien ma’ ommu, missieru u nannuh kienu jiċċaqalqu flimkien ma’ komunità żgħira ta’ nies minn żmien għal żmien. Jidher li huma għamlu sentejn jgħixu l-Marokk sakemm iċċaqilqu lejn Franza.

Filwaqt li hemm spekulazzjonijiet li nannuh miet sitt xhur ilu, ommu u missieru jinsabu imfittxija b’rabta ma’ investigazzjoni li tinsab għaddejja. 

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li matul dawn is-snin kollha li kien nieqes minn ma’ nanntu li kellha l-kustodja legali tiegħu, Alex ma kien qatt miktub f’istituzzjoni edukattiva.

Ekonomija

Sport