Monday, December 23, 2024

Bejn illum u għada se jitqassmu t-timetables għall-eżamijiet tal-MATSEC u s-SEC… l-eżamijiet fl-aħħar tax-xahar

Aqra wkoll

Bejn illum u għada se jkunu qegħdin jitqassmu t-timetables għall-eżamijiet tal-MATSEC u s-SEC, f’din l-ordni, li l-istudenti se jkunu qegħdin jibdew joqogħdu għalihom lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Kien il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici li ħabbar dan, filwaqt li splega li fuq parir tal-awtoritajiet tas-saħħa, l-ammont ta’ studenti f’kull post din is-sena se jkun ħafna iċken mis-soltu, li jfisser ippjanar ta’ iktar postijiet u l-użu ta’ iktar inviġilaturi minn qatt qabel.

Qal ukoll li se jiġu osservati bl-iktar mod strett il-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa li ġew ippubblikati ġimgħat ilu, fosthom li l-istudenti huma u deħlin titteħdilhom it-temperatura u li għandu jkun hemm distanza iktar mis-soltu bejn kull mejda.

Bonniċi qal li waqt li f’pajjiżi oħra spiċċaw batew l-istudenti meta l-awtoritajiet qagħdu jesperimentaw bl-eżamijiet nazzjonali tagħhom, f’Malta nżamm il-kuncett ta’ eżamijiet li drajna bihom anke biex tkun żgurata s-serjetà u sistema ġusta, li fl-istess waqt tieħu l-prekawzjonijiet kollha għas-serħan tal-moħħ ta’ kulħadd.

Ekonomija

Sport