Friday, August 1, 2025

Bejn Jannar tal-2020 u Diċembru tal-2024: Twieldu 553 tarbija lill-ommijiet ta’ taħt l-għoxrin sena

Aqra wkoll

Bejn l-ewwel ta’ Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Diċembru 2024 ġew irreġistrati li twieldu 553 tarbija lill-ommijiet ta’ taħt l-għoxrin sena f’Malta u Għawdex. 

Iddikjara dan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea. 

Il-Ministru Abela spjega li bejn l-2020 u l-2024, l-iktar tfajliet li kellhom trabi kien ta’ iktar minn 20 sena, b’total ta’ 21,790. 

Dan filwaqt li n-numru ta’ tfajliet tqal u li meta welldu kellom inqas minn 17 -il sena, kien jammonta għal xejn inqas minn 67 tfajla. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport