Bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u t-30 ta’ Lulju 2025, il-Korp tal-Pulizija wettaq 2,116 kontroll tat-traffiku (road checks) madwar il-gżejjer Maltin. Dawn il-kontrolli saru f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, u ġew imwettqa mill-Pulizija tad-distretti rispettivi, kif ukoll minn taqsimiet oħra tal-Korp, b’assistenza mill-Forzi Armati ta’ Malta f’ċerti każijiet.
Dan iddikjarah il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputata Laburista Davina Sammut Hili.
Il-Ministru Camillei spjega li min-naħatagħha, l-Aġenzija LESA infurmat li matul l-istess perjodu ġew organizzati l-fuq minn 50 spezzjoni (roadside inspections).
Tenna li dan kollu, apparti mis-servizz kontinwu ta’ rondi u spezzjonijiet oħra li jsiru 24 siegħa kuljum.