Wednesday, September 17, 2025

Bejn l-2021 sal-31 t’Awwissu 2025 tneħħew 5,481 immigrant irregolari mill-pajjiż

Aqra wkoll

Bejn l-2021 sal-31 t’Awwissu 2025, tneħħew 5,481 immigrant irregolari mill-pajjiż. Minn dawn, 2,298 ġew deportati lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom. Dan filwaqt li 3,183 immigrant irregolari oħra ġew trasferiti lejn Membri Stati oħrajn. 

Din l-istatistika ingħatat mill-Ministru għall-Intern, is-Siigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputata Laburista Davina Sammut Hili.

Il-Ministru Camilleri qal li r-raġunijiet ta’ tneħħija kienu jvarjaw minn persuni li ma kwalifikawx għall-ażil, persuni li nstabu jgħixu f’Malta b’mod irregolari u oħrajn li ġew ritornati b’mod volontarju.

Tenna jgħid li n-nazzjonalitajiet kienu varji, fosthom; Bangladexx; Indja; Pakistan; Kolombja; Albanija; Eġittu; Serbja; Mali; Gambja; Niġerja; Ċad; Senegal.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport