Tuesday, February 3, 2026

Bejn Storja u Miti: Emvin Cremona – Horizons, 2026

Aqra wkoll

Horizons għadhom kemm ippubblikaw il-volum Emvin Cremona Bejn Storja u Miti editjat minn Sergio Grech. Emvin Cremona hu wieħed mill-iktar artisti importanti tas-seklu 20 f’Malta. L-arti tiegħu waslet ukoll barra minn xtutna.

Fil-qasam tal-istudji tal-arti, kien ilu jinħass il-bżonn ta’ ktieb, miktub b’mod ċar, li jevalwa fid-dettall ix-xogħol ta’ dan l-artist li ma naqasx li jġib diskussjoni fil-komunità artistika imma anki b’mod usa’ fejn ma naqasx li jkun iċċensurat. 

Ix-xogħol tiegħu jista’ jitgawda fil-knejjes, fil-mużewijiet kif ukoll f’kollezzjonijiet privati. Baqgħu wkoll immortali l-bolol ta’ Cremona li kienu sfidaw in-norma fil-filatelija lokali. Il-ġdid u l-innovattiv kienet il-vokazzjoni tiegħu.

Fost l-oħrajn, f’dan il-volum tintefa’ lenti fuq is-saqaf tal-knisja tal-Ħamrun, xogħol Cremona f’Ta’ Pinu f’Għawdex u f’għadd ta’ knejjes, San Pawl u l-artist, ir-riklami u l-qxur tal-kotba li għamel Cremona, il-bolli ta’ Cremona bħala riflessjoni tal-identità lokali, u dwar kif l-Għawdxin mhux dejjem laqgħuh lil Cremona. 

Iktar minn 20 studjuż jgħidu tagħhom f’dan il-volum.  Il-volum huwa kollu kemm hu bil-kulur u jaqbeż it-300 paġna.

Iktar tagħrif jista’ jinkiseb mingħand Horizons. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport