Sunday, October 12, 2025

Belġjan arrestat wara li nstabet id-droga fl-istonku tiegħu

Aqra wkoll

Belġjan ta’ 40 sena aktar kmieni llum tressaq il-Qorti akkużat bl-importazzjoni f’Malta tad-droga kokaina, li kienet moħbija fl-istonku.

Ir-raġel ġie arrestat il-Ġimgħa mal-wasla tiegħu f’Malta fuq titjira minn Amsterdam. Huwatwaqqaf fuq suspett li qiegħed fil-pussess tad-droga.

Wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei, sarulu t-testijiet u rriżulta li kellu moħbija 20 kapsola, b’total ta’ madwar 300 gramma, b’valur fit-triq ta’ ftit aktar minn €30,000.

Quddiem il-Maġistrat Dr Rachel Montebello LL.D. il-Belġjan wieġeb ħati tal-akkużi. 

Is-sentenza se tkun qiegħda tingħata mill-Qorti aktar ‘il quddiem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport