Għall-ħabta tal-4.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur CF Motomisjuq minn raġel mill-Belġju ta’ 53 sena u li joqgħod il-Gżira.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.