Il-belt Ċiniża ta’ Quingdao se tkun qed tittestja l-poplazzjoni kollha tagħha ta’ madwar 11-il miljun persuna f’perjodu ta’ ħamest ijiem.
Dan l-ittestjar se jkun qed isir minħabba għexieren ta’ każi ġodda li ġew konfermati u li huma relatati ma’ sptar li jieħu ħsieb pazjenti infettati li jkunu ġew mis-safar.
F’Mejju, iċ-Ċina sar l-ittestjar fuq il-poplazzjoni kollha ta’ Wuhan wara li kienet meqjusa bħala l-epiċentru tal-pandemija globali.
L-awtoritajiet Ċiniżi għandhom din l-istrateġija ta’ ttestjar tal-massa meta jfeġġ cluster ta’ każi ġodda anke jekk l-ammont ta’ dawk infettati jkun relattivament baxx.