Fil-belt Chengdu, li hija waħda mill-ikbar bliet fiċ-Ċina, 21.2 miljun resident reġgħu spiċċaw f’lockdown minħabba każijiet ġodda ta’ Covid-19. Fid-dawl ta’ dan, l-awtoritajiet bdew testijiet fuq il-popolazzjoni kollha.
Ir-residenti kollha ta’ Chengdu, li hija l-kapitali tal-provinċja Sichuan, ġew ordnati biex jibqgħu fi djarhom u membru wieħed biss tal-familja jkun jista’ joħroġ biex jixtri n-neċessitajiet.
Iċ-Ċina qed issegwi politika b’saħħitha ta’ “żero Covid” fejn kull darba li jfeġġu każijiet ġodda tittieħed azzjoni drastika. Chengdu hija l-ikbar belt li spiċċat tat lockdown f’dawn l-aħħar xhur, fejn qabilha kien hemm l-belt ta’ Shanghai li kienet ingħalqet għal xahrejn sħaħ iktar kmieni din is-sena.
S’issa għadu mhux magħruf jekk il-lockdown f’Chengdu hux se jitneħħa wara li jsiru t-testijiet kollha.