Saturday, December 14, 2024

Belt oħra taqa’ f’idejn il-grupp Wanger

Aqra wkoll

Rapport fil-midja internazzjonali qegħdin jgħidu li l-grupp Wanger baqa’ miexi fl-assedju tiegħu biex issa ħa l-kontroll tal-belt ta’ Voronezh. Il-grupp qal li f’idejh għandu l-faċilitajiet kollha ta’ din il-belt u l-forzi Russi wegħdu l-lealta tagħhom lejhom.

Min-naħa tiegħu l-Gvernatur tal-reġjun ta’ Voronezh, Aleksandr Gusev hekk kif mitlub jikkummenta dwar dak li qed jiġri qal li bħalissa hemm diversi rapporti foloz li qed jiċċirkolaw fil-midja. Iżda qal ukoll li l-forzi Russi li huma leali lejn Putin qegħdin jiġġildu u jieħdu miżuri kontra l-merċenarji.

Il-grupp Wagner qal li pass wara pass se jkun qiegħed jimxi lejn il-kapitali Moska biex b’hekk il-President Putin jitneħħa mill-poter. Min-naħa tiegħu Putin qal li ġie tradut mill-grupp Wanger hekk kif hu kien qed jaħseb li kienu qegħdin jiġġieldu f’ismu fl-Ukranja.

Rapporti oħrajn qegħdin jgħidu li dan kollu hu ħidma kkordinata mill-pajjiżi tal-Punent biex Putin jitneħħa mill-poter minħabba l-invażjoni li wettaq fl-Ukranja. Il-pajjiżi tal-Punent diġa fil-passat użaw l-istess tattiċi biex neħħew mexxejj mill-poter.

Ekonomija

Sport